Эпизоды
-
Christopher Cassar ilu jistudja snin fil-pajjiżi tal-Asja u l-interess tiegħu kien dejjem it-trattamenti alternativi.
F’dan il-podcast ikellimna fuq ’spinology’ terminoloġija pjuttost ġdida għall pajjiżna. Spina b’saħħitha tiggarantixxi ġisem bilanċjat u b’saħħtu. -
Reboot | Episode 37 ft. Olivia Bilocca by Reboot by C.A.O
-
Пропущенные эпизоды?
-
Din id-darba l-irwoli inbidlu. Martha Carabott tintervista lil Claire Agius Ordway b’kurżitajiet komuni dwar il-bidla tagħha tul is-snin kemm mentali u kemm fizika.
Għalfejn dejjem tfittex u taqsam dak li titgħallem dwar kif tista tgħix ħajja iktar b’saħħitha? Kif iżżomm il-passjoni f’dak fl-isport u ix-xogħol illi tagħmel. -
Clinton jisħaq kemm hu importanti li nieħdu ħsieb saqajna kemm fil-ħajja normali u skond it-training li nagħmlu.
Dħalna fid-dettall tal-importanza li nilbsu żraben għal li inkunu qed nagħmlu u għalfejn madwar id-dinja qed jigi popolari il-kunċett ta’ li toqgħod bla żarbun - specjalment fin-natura. -
Brenda Muscat hija Strength and Conditioning Coach.
Magħha tkellimna fuq għaliex għandna ninkorporaw training bil-weights. Bdejna bil-basiku u dħalna sew fid-dettal għalfejn għandna naħdmu biex insaħħu u inkabbru il-muskoli tagħna. Fehemitna x’jigri ladarba nibdew ninvestu hekk f’saħħitna - għandna kemm ghandna eta. -
Henry Zammit - kiber fil-business. Kiber f’familja għaqlija li dejjem ħadmet ħafna. Hu tgħallem ħafna minn hemm iżda dejjem kien jixtieq jaqbad triq oħra.
Kienet iebsa għalih biex jitlaq u jibda kollox mill-bidu, iżda f’dan il-podcast jirrakkontalna l-istorja tiegħu u għaliex illum jiddedika ħajtu biex jikber hu u jgħin lil-ħaddiehor jikber ukoll. Jgħidilna kif m’għandekx taqta qalbek u taħdem ghal-dak li tixtieq. -
Christina Grima hija waħda mill-ewwel atleti li ta’ eta’ zagħzuha lagħabet professjonalment barra minn xtutna.
Tirrakkontalna kemm kien żmien diffiċli għaliha imma qatt ma tkellmet għaliex kienet iffukata biex tasal. Tkellimna fuq l-esperjenzi sbieħ fil-karriera tagħha tal-basketball u issa li hi coach u atleta tal-‘functional fitness’.
Tirrakkontalna xi tħoss meta jikkompetu l-atleti tagħha u kif tipprepara ruħha hi meta tkun ser tikkompeti. -
Melania Spiteri tkellimna fuq il-konnessjoni bejn l-ikel u is-saħħa mentali. L-ikel biss ma jfejjaqx iżda għandu influenza qawwija fuq ir-riskji fil-każ ta’ mard kemm mentali kif ukoll fiżiċi.
Niddiskutu ukoll kif kundizzjonijiet kroniċi għandhom konnessjoni ma’ affarijiet li nikkonsmaw u naffaċjaw f’ħajjitna bħal alcohol, ikel, stress u nuqqas to moviment - kollha affarijiet li jistgħu jitrangaw u jinbidlu. -
Ma Dr.Edward Curmi nitkellmu fuq kif naħsbu. Fuq kif aħna nistgħu nibdlu il-ħsibijiet tagħna.
M’hijiex xi ħaġa li tiġi awtomatikament, imma dejjem irridu naħdmu biex nikkontrollaw il-ħsibijiet tagħna u nitgħallmu nirreaġixxu aħjar għal dak li jiġrilna f’ħajjitna. -
Pavla Borg tkellimna din id-darba fuq ‘breath work’. ‘Breathwork’ qed jintuża għal-diversi raġunijiet, jgħin fiżikament u mentalment. Inti qed tibdel il-ġisem biex tfejjaq mingħajr ma tieħu ebda sustanza. Il-benefiċċji li għandu in-nifs jekk jintuża b’mod tajjeb huwa inkredibbli.
Pavla hija il-persuna li ha tfiehem iktar fuq ‘breathwork’, terapija li ma tiswiek xejn imma tista tibdillek hajtek. -
Stephen huwa ‘ultra runner’ li dejjem jisfida lilu innifsu billi joħloq sfidi ikbar u iktar diffiċli.
Ikellimna dwar kif jipprepara mentalment u fiżikament għal dawn l-isfidi estremi, il-ġliediet mentali li jkollu waqt dawn l-avventuri u għalkemm ibagħti, għalfejn iħossu twieled għalhekk u iħossu ferhan u komplut meta jipprepara biex dejjem jikseb iktar. -
Ma’ Jon Mallia esplorajna ħafna suġġetti iżda tlaqna mill-kunċett ta’ kif jibbilanċja podcast li qed jagħmel success, kif isib ħin biex jistrieħ, kif ikampa ma’ ħsibijiet u mumenti stressanti. X’tgħallem u kif għeleb mumenti ta’ ansjeta u fallimenti.
Spjegalna li jixtieq jaħdem inqas u għaliex difficli biex issibu jiddejjaq jaħdem fuq xi haga. Iddiskutejna l-għodda li juza Jon biex ikompli jikber u jevolvi. -
Li ssib ħajja iktar sana mhux diffiċili daqs kemm naħsbu. Il-bidu jista' jidher iebes izda mbagħad passi zgħar iwasslu għal stil ta’ ħajja li ħa tgħinna ngħixu ħajja iktar b’saħħitna. Li tħares 'il bogħod kultant tidher triq li ma tispicca qatt iżda f’dan il-podcast ser nisimgħu ideat li kulħadd jista' juża.
-
Josef Pace - persuna li ma jiddejjaq xejn jaqsam l-għerf tiegħu.
Jaħdem biex jgħin lil ħafna nies u f’dan il-podcast jaqsam l-għerf u l-esperjenzi tiegħu. Jirrakkontalna kif minn laqgħat ma nies li għaddejjin minn problemi kbar, isib it-tama.
Jispjegalna kif dejjem niġru wara il-ħin. X’qed tkun il-problema? Miegħu niddiskutu jekk hux qed nitilfu is-sens ta’ x’inhu importanti f’ħajjitna. -
Jonathan Shaw - persuna magħrufa għal irwoli differenti.
Ikkrea avvenimenti, mexxa organiżżazjonijiet, kiteb ktieb u persuna mimlija passjoni għal dak kollu li jidħol għalih.
Ikellimna fuq kemm hu importanti li tevolvi u tibqa tikber f’dak kollu li tagħmel. Ikellimna fid-dettall ta kif il-ħsibijiet tagħna jiddeterminaw aħna jirnexxilniex nagħmlu dak li nixtiequ. Kif inkellmu lilna infusna huwa importanti ħafna u f’dan il-podcast jagħtina ftit ideat ta’ x’ghandna naghmlu. -
Yasmin Degiorgio tmexxi kumpanija tat-teknoloġija u fl-istess ħin tippromuovi permezz ta business ieħor, kif ngħixu aħjar, iktar sereni u x’nistgħu nużaw f’ħajjitna.
Hija persuna ta’ għerf kbir, temmen ħafna fil-meditazzjoni, yoga u it-tagħlim kollu li jwasslek biex tgħix ħajja aktar trankwilla. Temmen ħafna li aħna għandna dejjem inkunu parti minn komunita’ u ħa tfehemna għalfejn. -
Cher Engerer psikologa tkellimna fuq Trawma. X’inhi trawma? Trawma għalik tista ma tfissirx trawma għalija.
Tgħidilna kemm din il-kelma qed tiġi użata hażin u għalfejn għandna noqogħodu iktar attenti u nempatizzaw ma min għaddej minn-żmien ħazin. Izda aħna staqsejna ukoll jekk wieħed jistax ifiq minn trawma. -
Matthew Bartolo, counsellor b’diskussjoni oħra fuq Reboot fuq ‘emotional regulation’.
Kif ser nitgħallmu nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet li jistgħu ikunu iebsin. Kif jinbidel moħħna jekk inkunu weġġajna f’xi sitwazzjoni u kif mhux ser nibqgħu naħsbu li kulħadd hazin?
Podcast li ser iġegħlna nifhmu għalfejn nirreaġixxu kif nirreaġixxu -
Carolyn Sultana tfehemna sew l-importanza tal- ’pelvic floor’. Problemi konnessi mal-pelvic floor huma bosta li jistgħu ixekklu il-kunfidenza u il-kumdita ta’ dak li jkun.
Problemi konnessi ma’ inkontinenza u problemi sesswali fost oħrajn. Izda hemm ħafna affarijiet li wieħed jista jagħmel biex jieħu ħsieb saħħtu. -
Mark Piscopo - Councilling and Sport Psychologist jidħol fid-dettall ta’ kif nibnu resilienza fl-isport.
Għaliex il-moħħ jipprova iwaqqafna u ġieli jibgħatilna messaġġi biex niefqu u kif insibu il-motivazzjoni biex inkunu iktar iddixxiplanati u nibqgħu għaddejjin biex insiru iktar b’saħħitna. - Показать больше