Episodios
-
Ghalfejn jekk tinghaqad ma club hekk, tista tinbidillek hajtek?
Ma Jeremy Portelli wiehed mill-fundaturi ta The Sunday Social Club nitkellmu fuq il-beneficcji tal-giri u li tkun parti minn club. Tkellimna ghal kull livell ta’ giri, kemm jekk qatt ma greit u keim jekk ghandek l-esperjenza, isma dan il-podcast. L-isport jaghtik beneficcji fizici imma ma Jeremy nitkellmu fuq il-beneficcji akbar minn hekk. -
Jista ikun ghaddejt minn trawma u ma tafx. Tibda tinduna biss minhabba ir-reazzjoni eccessiva. Brian Farrugia ta’ Victim Support Agency jispjegalna bir reqqa l-ghajnuna kollha li tista issib il-‘Victim Support Agency’. Ser tinduna li jista ikon kellek bzonn jew taf lil xi hadd li kellu bzonn ghajnuna partikolari u landas taf li stajt tohodha. Dan huwa podcast utli li jista jaghmel id-differenza kbira fil hajja ta xi hadd.
-
¿Faltan episodios?
-
Alex Falzon - Coach jghidilna li kulhadd ghandu bzonn ikun leader biex jikseb dak li jixtieq, izda imbaghad tkellimna ukoll fuq leaders fix-xoghol u fuq skala tikbar. Dan huwa podcast utli ghal kulhadd ta’ kull eta u minn kull sfera socjali.
-
Ma' Luca Caruana tkellimna dwar kif nistgħu nippjanaw għall-futur f’każ li jkollna bżonn il-flus. Iddiskutejna jekk kulħadd jistax isir sinjur u x’inhuma t-tifsiriet veri li tkun sinjur. Luca tana ħafna ideat tajbin dwar kif nistgħu nużaw flusna b’mod għaqli, sabiex qatt ma nsibu ruħna f’diffikultà finanzjarja.
-
Il-ġilda tagħna tinbidel maż-żmien, u għalhekk il-kura tagħha trid tinbidel ukoll. F'dan l-episodju nitkellmu ma’ Katia Abela espert f’dan il-qasam li tispjega għaliex m’għandniex inħallu l-marketing jgħidilna x’nużaw, iżda nfittxu pariri personalizzati minn professjonisti.
-
Ghaliex qed insiru kollha ‘addicts’? kif ha nohorgu minn dan ic-cirku?
Mike Orland mill-FSWS, ifehemna fuq l-addiction tas’sustanzi u l-alcohol imma imbaghad id-diskussjoni waqghat fuq kif kulhadd qed isir ‘addict’ ghal-xi haga, specjalment is-social media. Iddiskutejna kif nistghu nohorgu minn dan ic-cirku u kif nistghu niehdu kontroll taghna infusna. -
Manuel Bartolo - storja sabiha wisq. Minn bniedem li qatt ma ghamel l-ebda tip ta’ sport - ghal training ghal- ironman. Izda waqt dan il-vjagg Manuel kellu accident u qalulu li mhux ser jigri iktar. Ikellimna dwar l-emozzjonijiet tieghu, id-diffikultajiet u kif baqa jinsisti li ser jerga itellaq.
-
Matthew Tabone flimkien mal-partner tieghu huwa il-fundatur ta’ Precision Performance. Ghadu kif irritona minn barra fejn ghal diversi snin studja iktar fuq kif tibni atleta tajjeb. Kellu esperjenzi ma clubs kbar u jixtieq li jintroduci iktar il-mentalita, l-istil ta’ training u il-preparazzjoni li jaghmlu clubs kbar, hawn Malta ukoll.
-
Ma Melissa Gauci minn FSWS nitkellmu dwar ir-relazzjonijiet, bejn koppji, genituri u wlied u konoxxenzi. Xi hadd qrib jista ikun qed jaghmlilna il-hsara ukoll, x’ nistghu naghmlu biex nohorgu minn relazzjoni li difficli hafna biex nohorgu minnha.
-
Kemm qed issir facli biex tigi mqarraq online illum il-gurnata. It- teknologija dejjem titjieb u qed tkun iktar difficli biex tinduna min qed jipprova jiffrodak. F’dan il-podcast ma Catherine Smith minn Victim Support Agency ser nitkellmu fuq kemm hawn nies vittmi ta’ dawn it-tip ta abbuzi, u nidhlu fid-dettall ta’ x ghandna naghmlu biex ma nkunux mira ta dan it-tip ta abbuz.
-
Raissa Bonello, atleta, coach tkellimna fuq kif evolviet hi fl-isport taghha, fuq l-atleti taghha, fuq kif nikkontrollaw l-emozzjonijiet meta nigu biex nikkompetu, fuq kemm hu importanti li bniedem ikollu xi haga lejn xhiex jaspira u jahdem biex jilhaq.
-
Profs Godfrey Grech ifehemna sew ghaliex il-‘gut’ huwa kollox. Ftit ghandna gharfien ta’ dan l-organu li jiddetermina is-sahha mentali u fizika taghna. Dak li nikkonsmaw ser jaghtina jew johdilna is-sahha.
F’dan il-podcast nifhmu iktar kemm ahna resposabbli ta’ l-ghazliet li naghmlu kull minuta ta’ hajjitna -
Profs Godfrey Grech ifehemna sew ghaliex il-‘gut’ huwa kollox. Ftit ghandna gharfien ta’ dan l-organu li jiddetermina is-sahha mentali u fizika taghna. Dak li nikkonsmaw ser jaghtina jew johdilna is-sahha. F’dan il-podcast nifhmu iktar kemm ahna resposabbli ta’ l-ghazliet li naghmlu kull minuta ta’ hajjitna.
-
Romi Galea hija esperta fil-qasam ta’ likel u kif wiehed jiekol tajjeb biex ikun b’sahhtu. F’dan il-podcast tkellimna fuq hekk izda tghidilna ukoll kemm kienet ta’sfida ghaliha biex tikseb il-fiducja fiha innifisha. kienet bullied u tghidilna kif dak il-perjodu ta’ hajjitha affettwaha. Podcast li jista jimmotiva lil-hafna.
-
Dr Galea Testa taghtina hafna informazzjoni u tirrispondi ghal hafna mistoqsijiet li ikollom kemm in-nisa u anke l-irgiel dwar il-menopawsa. L-irgiel ghaliex jaraw bdil fil-mara minhabba il-bdil fil-gisem li jista jaffettwa lil-mara fizikament u mentalment.
-
Ma Dr Denise Frendo nitkellmu fuq l-effetti ta’ kliem ta’ mibeghda. L-effett psikologiku li ihallu kummenti kattivi specjalment fuq il-medja socjali. Nitkellmu Ankę fuq kif il-ligi tista tipprotegi il-vittmi.
-
Duncan Abdilla huwa atleta, coach, sports masseur izda ghadnu ukoll ghandu storja sabiha li ser jaqsam maghna. Jirrakkontalna kif id-decizjoni li jitlef il-piz bdiet bidla kbira f’kull qasam ta hajtu. Ikellimna ukoll dwar l-importanza ta’ sports massage’, il-beneficcji u ghalfejn jista jipprevjeni hafna injuries.
-
Il-ġudizzju li nagħtu u li nibżgħu minnu. Għalfejn dejjem irridu dak li ma għandniex?
Jessica Cini - counsellor tkellimna fuq il-ġudizzju. Li naghtu u li nirċievu. Għalfejn irridu affarijiet li fuq ħaddiehor jidhru perfetti. Għalfejn qed nibqgħu noħolqu ħafna stress li qed jirrizulta f’ansjeta u problemi mentali. -
Daphne Grech Cumbo tispjegalna fuq xi tfisser li tkun fi ‘flow’. Din hija kelma li qed nisimghu hafna minhabba li illum il-gurnata ghandna hafna distrazzjonijiet. Qed nitilfu hafna il-koncentrazzjoni. li tiffoka fuq xi haga li qed taghmel fiha hafna beneficcji u f’dan il-podcast nispjegaw ghalfejn.
-
Lorna Cachia - Atleta, Coach b’esperjenza sew f’dan il-qasam. Taqsam maghna l-esperjenzi taghha, kif evolviet, dwar l-isport taghha ‘powerlifting’, kif jirnexxiela tikkumbatti ma’l-emozzjonijiet meta tikkompeti u tkellimna ukoll ghaliex importanti li kulhadd ikun attiv u jitrenja bil-weights.
- Mostrar más