Эпизоды

  • Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Brown, dwar ‘Democracy Without Confession’ ta’ John Baldacchino u Kenneth Wain. Id-diskussjoni ddur madwar is-serje ta’ konverżazzjonijiet filosofiċi taż-żewġ ħassieba b’għeruq Maltin, l-immaġinarju politiku diskuss fil-ktieb, is-saffi differenti tal-poter, u l-irwol tal-intellettwali pubbliku fis-soċjetà Maltija.

    Maria Brown kisbet Ph.D. fis-Soċjoloġija tal-Edukazzjoni għall-Adulti, l-Edukazzjoni Informali, u l-Iżvilupp tal-Komunità. Għandha wkoll Maġisteru fis-Soċjoloġija u Baċellerat fis-Soċjoloġija u t-Taljan.

    Brown tagħti lectures dwar l-edukazzjoni għall-adulti u l-edukazzjoni bbażata fil-komunità fi ħdan id-Dipartiment tal-Arti, il-Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni għall-Adulti. L-interessi tagħha fir-riċerka jduru madwar l-edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni, l-azzjoni komunitarja, l-ugwaljanza soċjali, is-soċjoloġija, il-politika soċjali, l-Ewropizzazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, il-metodoloġija ġenrali u l-metodi ta’ riċerka.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    John Baldacchino u Kenneth Wain, ‘Democracy Without Confession’, (Allied Newspapers, 2013)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Maria Brown, John Baldacchino’s and Kenneth Wain’s ‘Democracy Without Confession’. The discussion revolves around the series of philosophical conversations of both philosophers with Maltese roots, the political imaginary, the different layers of power, and the role of the public intellectual in Maltese society.

    Maria Brown holds a Ph.D. in the Sociology of Adult and Non-Formal Education and Community Development, a Master of Arts in Sociology and a Bachelor of Arts in Sociology and Italian.

    She lectures adult education and community-based education within the Department of Arts,Open Communities & Adult Education. Her research interests are in adult education, education, community action and community development, social equality, sociology, social policy, Europeanisation, sustainable development, methodology and research methods.

    Books discussed in this episode:

    John Baldacchino and Kenneth Wain, ‘Democracy Without Confession’, (Allied Newspapers, 2013)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Erica Giusta

    Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Erica Giusta, ‘Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity’ ta’ Charles Xuereb, dwar il-perspettiva interessanti ta’ Xuereb fuq il-kolonjaliżmu, kif il-kolonjaliżmu affettwa l-politika, il-ħajja ta’ kuljum, u l-komunità.

    Erica hija perit, kittieba, u Direttur tal-Innovazzjoni mal-kumpanija tal-arkitettura AP Valletta. Hija kisbet MSc fl-Arkitettura u s-Sostenibbiltà mill-Politecncio di Torino u maġisteru fil-Midja u l-Komunikazzjoni minn IL Sole24Ore ta’ Milan. Fl-2015, ingħaqdet ma’ AP Valletta, u bħalissa qed tmexxi portafoll ta’ proġetti li jinkludi r-riċerka u l-iżvilupp. Erica tikkontribwixi regolarment permezz ta’ kitba fuq id-disinn, l-arkitettura, u l-arti performattivia f’għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali u internazzjonali, fosthom ‘Il Giornale dell’Architettura’, ‘A10’, ‘New European Architecture’ u ‘The Malta Artpaper’. Riċentament kitbet flimkien ma’ awturi oħra l-ktiba akkademika “Fort St. Angelo is not a Billboard” għal ‘The Routledge Sustainable Handbook’ (UCL, 2022), li permezz tagħha investigat l-effetti tal-midja ġdida fuq il-perċezzjoni u l-konervazzjoni tal-patrimonju.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Charles Xuereb, ‘Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity’ (Midsea Books, 2022).

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Erica Giusta, ‘Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity’ by Charles Xuereb, the latter’s interesting perspective on colonialism, how colonialism affected politics, everyday life, and the community.

    Erica Giusta is an architect and writer, Director of Innovation at architecture firm AP Valletta. She read for a MSc in Architecture for Sustainability at Politecnico di Torino (Turin, Italy), and holds a Post-Graduate Master in Media and Communication from the Il Sole24Ore Business School (Milan, Italy). In 2015, she joined AP Valletta, where she currently leads a portfolio of projects including research and development. Erica contributes regularly to a number of local and international publications, including Il Giornale dell’Architettura (IT), A10, New European Architecture (NL) and The Malta Artpaper, for which she writes about design, architecture and performative arts. She also recently co-authored the academic paper “Fort St. Angelo is not a billboard” for the Routledge Sustainable Heritage Handbook (UCL, 2022), investigating the effects of new media on the perception and conservation of heritage.

    Books discussed in this episode:

    Charles Xuereb, ‘Decolonising the Maltese Mind: In Search of Identity’ (Midsea Books, 2022).

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Пропущенные эпизоды?

    Нажмите здесь, чтобы обновить ленту.

  • Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Loranne Vella r-rumanz ‘Dal-Lejl Ġie Alla’ (Buġelli, 1984), it-tliet ġenerazzjonijiet imsemmija, il-Malti użat li jmur lura fiż-żmien li ta lil Vella l-għodda biex tindirizza kwistjonijiet li jinteressawha, u r-relazzjoni tal-bniedem mal-annimal.

    Loranne Vella, Maltija li tgħix Brussell hija kittieba, traduttriċi u performer. Bejn l-2007 u l-2009 kitbet it-tliet kotba tat-‘Triloġija tal-Fiddien’ ma’ Simon Bartolo. Kull volum rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. ‘Rokit’ kien l-ewwel rumanz ta’ Vella għall-adulti, ippubblikat minn Merlin Publishers, f’Marzu 2017 li ntlaqa’ tajjeb ħafna kemm mill-kritiċi u anke mill-pubbliku, u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018. Vella qalbet għall-Malti għadd ta’ kotba għat-tfal, fosthom tnejn li rebħu l-premju Terramaxka fl-2015 u l-2016. L-aħħar rumanz tagħha ‘Marta Marta’ ġie ppubblikat minn Ede Books fl-2022.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Paul P. Borg, ‘Dal-Lejl Ġie Alla’, (Buġelli, 1984)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Loranne Vella the novel ‘Dal-Lejl Ġie Alla’ (Buġelli, 1984), the three generations mentioned, the old Maltese used that gave Vella the language to tackle issues that interest her, and the relationship between humankind and animals.

    Loranne Vella lives in Brussels, is a Maltese writer, translator and performer. Between 2007 and 2009 she co-wrote the three volumes of ‘It-Triloġija tal-Fiddien’ with Simon Bartolo. Each won the National Book Prize. ‘Rokit’ (Merlin Publishers, 2017) was her first novel for adults and won the National Book Prize. Vella has also translated several books for children, two of which won the Terramaxka National Children’s Books Prize in 2015 and 2016. She then issued a collection of short stories, ‘mill-bieb ’il ġewwa’ (Ede Books, 2019 that was translated to English under the title ‘what will it take for me to leave’ (Praspar Press, 2021). Vella translated various children’s books, two of which won the Terramaxka National Children’s Books Prize in 2015 and 2016. Her latest work is the novel ‘Marta Marta’ (Ede Books, 2022).

    Books discussed in this episode:

    Paul P. Borg, ‘Dal-Lejl Ġie Alla’, (Buġelli, 1984)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Stella Borg Barthet ir-rumanz ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)’ (Aquilina, 1980), l-element postkolonjali f’dan ir-rumanz, l-interrogazzjoni li jagħmel Ebejer tal-identità Maltija, u dwar l-importanza tal-passat speċjalment għal min hu kkolonizzat.

    Stella Borg Barthet hija professur fid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, fejn tagħti korsijiet fuq il-letteratura postkolonjali, u fuq il-fizzjoni Ingliża u Amerikana tas-sekli tmintax u dsatax. Fl-2005 tellgħet il-konferenza European Association for Commonwealth Literature and Language Studies (EACLALS), u fis-sena ta’ wara ġiet maħtura bħala aġġudikatriċi tal-Premju tal-Kittieba tal-Commonwealth. Prof Borg Barthet ippubblikat diversi studji fuq kitba postkolonjali u ta’ immigrazzjoni kontemporanja. Bħalissa waħda mill-interessi tar-riċerka tagħha hija l-letteratura Mediterranja.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Francis Ebejer, ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)’, (Aquilina, 1980)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Stella Borg Barthet the novel ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)’ (Aquilina, 1980), the postcolonial element of this novel, Ebejer’s interrogation of the Maltese identity, and the importance of history especially for the colonised.

    Stella Borg Barthet is Professor in the Department of English,University of Malta, where she teaches courses on postcolonial literature, and on 18th and 19th century English and American fiction. She convened the European Association for Commonwealth Literature and Language Studies (EACLALS) conference in 2005 and was appointed adjudicator for the Commonwealth Writers’ Prize the following year. Prof Borg Barthet has published many papers on postcolonial and contemporary migrant writing. Her current research interests include Mediterranean literature.

    Books discussed in this episode:

    Francis Ebejer, ‘Requiem for a Malta Fascist (or The Interrogation)’, (Aquilina, 1980)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rachel Baldacchino tidħol fi djalogu ma’ Kurt Borg dwar il-ġabra ta’ novelli ‘Mhux Nies’ ta’ Jean Paul Borg, jiddiskutu l-karattri varji u distinti f’din il-ġabra, it-taqbida kontinwa f’din il-ġabra bejn dak li jagħmel lill-umani nies jew le, u r-relevanza tal-ġabra bħalissa, sitt snin wara l-pubblikazzjoni tagħha.

    Kurt Borg huwa lettur fl-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’dottorat fil-Filosofija u l-Istudji Umanistiċi mill-Università ta’ Staffordshire, b’riċerka dwar l-etika u l-politika tan-narrazzjoni tat-trawma f’kuntesti istituzzjonali. Fost oqsma oħra, jispeċjalizza fit-teorija poststrutturalista, partikolament fix-xogħol ta’ Michel Foucault u Judith Butler, u juża xogħolhom biex jistudja fenomeni bħall-identità, il-poter soċjali u r-reżistenza. Ippublika bosta kapitli u artikli f’kotba u ġurnali akkademiċi. Għandu għal qalbu l-ġeneru tal-esej, u bħalissa qed jaħdem fuq ġabra ta’ esejs dwar temi varji, fosthom il-memorja, il-vulnerabbiltà u l-ġeneru.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Jean Paul Borg, ‘Mhux Nies’ (Klabb Kotba Maltin, 2016)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino dialogues with Kurt Borg on Jean Paul Borg’s short-story collection Mhux Nies, they discuss the various and distinct characters of this collection, the continous battle between what makes us human or otherwise, and the relevance of this collection, six years after its publication.

    Kurt Borg is a lecturer at the University of Malta. He obtained a doctorate in Philosophy and Humanistic Studies at the University of Staffordshire, with a research on ethics and the politics of narration of trauma in institutional contexts. Among other areas, he specialises in post-structuralist theory, particularly in Michel Foucalt’s and Judith Butler’s work, and uses their work to study phenomenons such as identity, social power and resistance. He published various chapters and articles in academics books and journals. He is fond of the essay genre, and currently is working on an anthology of essays on various themes, such as memory, vulnerability and gender.

    Books discussed in this episode:

    Jean Paul Borg, ‘Mhux Nies’ (Klabb Kotba Maltin, 2016)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Theuma dwar il-ġabra ta’ poeżija rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021) ta’ Nadia Mifsud. Id-diskussjoni timraħ fuq ir-rettorika tas-skiet, it-tipi differenti tas-skiet u l-element konfessjonali f’din il-ġabra.

    Maria Theuma hija riċerkatriċi, kittieba u traduttriċi. Studjat fl-Università ta’ Malta u f’Goldsmiths, University of London u għandha dottorat fl-Ingliż. L-interessi tar-riċerka tagħha jinkludu l-postumaniżmu, it-teorija letterarja, il-letteratura komparattiva u l-kulturi viżivi. Dan l-aħħar, il-kitba akkademika tagħha ġiet ppubblikata fil-‘Journal of Posthumanism’ (Transnational Press London, Londra) u f’’CounterText’ (Edinburgh University Press, Edinburgh). Ix-xogħol kreattiv tagħha, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, deher f’diversi proġetti multimedjali kollaborattivi, u fuq diversi pjattaformi, kemm dawk online kif ukoll dawk stampati, bħal ‘Scintillas: New Maltese Writing 1’ (Praspar Press, Londra). Kitbet reċensjonijiet dwar l-arti u t-teatru lokali għal ‘The Sunday Times of Malta’ u ‘Malta Today’, fost oħrajn.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Nadia Mifsud, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Maria Theuma on the National Book Prize award-winning poetry collection ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’(Ede Books, 2021) by Nadia Mifsud. The discussion revolves around the rhetoric of silence, the various types of silence, and the confessional element in this collection.

    Maria Theuma is a researcher, writer and translator. She studied at the University of Malta and at Goldsmiths, University of London, and holds a doctorate in English. Her research interests include posthumanism, literary theory, comparative literature and visual culture. Recently, an academic writing of hers was published in ‘Journal of Posthumanism’(Transnational Press London, Londra) and on ‘Counter Text’ (Edinburgh University Press, Edinburgh). Her creative work, both in Maltese and in English, appeared on various collaborative multimedia projects, and also on various online and printed platforms, such as ‘Scintillas: New Maltese Writing 1’ (Praspar Press, London). She wrote reviews on local art and theatre for ‘The Sunday Times of Malta’ and ‘Malta Today’, among others.

    Books discussed in this episode:

    Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Tyrone Grima, il-ġabra ta’ novelli ta’ Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021), dwar it-tensjoni u l-biża’ li toħloq din il-ġabra, l-aspett soċjopolitiku tagħha, u l-elementi komuni bejn din il-ġabra u ‘Frammenti’, ir-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    Tyrone Grima huwa lettur fl-Arti Performattiva fl-MCAST, kif ukoll direttur u kittieb tat-teatru. Interessat ħafna fil-letteratura u teatru queer, kif ukoll fl-ispiritwalità. L-ewwel xogħol tiegħu fil-qasam letterarju kien ir-rumanzett ‘Celibacy’. Grima kiteb ukoll żewġ ġabriet ta’ novelli flimkien ma’ Justin Schembri: ‘Frekwenzi Ħiemda’ u ‘Frekwenzi Msikkta’, kif ukoll ir-rumanz queer ‘Bep’. L-aħħar rumanz tiegħu, ‘Frammenti’ rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021)

    Tyrone Grima, ‘Frammenti’ (Merlin Publishers, 2021)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Tyrone Grima, the collection of short stories by Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021), its air of tension and fear, its socio-political aspect, and the common elements it carries with ‘Frammenti’, the prize-winning novel of the National Book Prize.

    Tyrone Grima is a lecturer in Performative Arts at MCAST, as well as director and playwright. He is very interested in queer literature and theatre, as well as in spirituality. His first literary work was his novella ‘Celibacy’. Together with Justin Schembri, Grima also wrote two collections of short stories: ‘Frekwenzi Ħiemda’ and ‘Frekwenzi Msikkta’, as also the queer novel ‘Bep’. His latest novel, ‘Frammenti’ won the National Book Prize.

    Books discussed in this episode:

    Ramona Depares, ‘The Patient in Hospital Zero’ (Merlin Publishers, 2021)

    Tyrone Grima, ‘Frammenti’ (Merlin Publishers, 2021)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Gattaldo dwar il-ġabra ta’ novelli ta’ Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009). Baldacchino u Gattaldo jiddiskutu l-imħabba, id-diżillużjoni, id-destin u l-logħba bil-memorja li Mejlak juża f’din il-ġabra, u jagħlqu l-programm b’diskussjoni fuq il-ktieb ta’ illustrazzjonijiet ‘Il-Ġurnalista’.

    Gattaldo studja l-Belle Arti fl-Accademia di Belle Arti f’Firenze. Ħadem bħala Direttur tal-Arti fir-reklamar u l-fotografija madwar l-Ewropa u bħalissa jgħix Londra. Gattaldo huwa wkoll awtur u illustratur tal-kotba għat-tfal, u ġie ppubblikat fir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-verżjoni bil-Malti tal-ktieb tiegħu ‘Fearless, The Story of Daphne Caruana Galizia’, ġie ppubblikat minn Midsea Books f’Malta taħt l-isem ‘Il-Ġurnalista’.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009)

    Gattaldo (trad.), Immanuel Mifsud, ‘Il-Ġurnalista’ (Klabb Kotba Maltin, 2022)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Rachel Baldacchino discusses with Gattaldo Pierre J. Mejlak’s collection of short stories, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009). Baldacchino and Gattaldo debate the themes of love, disillusionment, destiny and Mejlak’s play with memory in this collection, and then close the podcast discussing Gattaldo’s own ‘Il-Ġurnalista’.

    Gattaldo studied Fine Art at the Accademia di Belle Arti in Florence. He worked as Art Director for advertising and photography throughout Europe and currently lives in London. Gattaldo is also a children’s author and illustrator, published in the UK and the US. The Maltese-language version of his book ‘Fearless, The Story of Daphne Caruana Galizia’ is published at the end of 2022 by Midsea Books.

    Books discussed in this episode:

    Pierre J. Mejlak, ‘Qed Nistenniek Nieżla max-Xita’ (Merlin Publishers, 2009)

    Gattaldo, (transl.), Immanuel Mifsud, ‘Il-Ġurnalista’ (Klabb Kotba Maltin, 2022)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rachel Baldacchino, fl-ewwel poddata tagħha, titkellem ma’ Clare Vassallo fuq ‘Vespers’ (Merlin Publishers, 2021), il-verżjoni tradotta bl-Ingliż ta’ ‘Vespri’ ta’ Trevor Żahra, il-vjaġġ li t-test ħa waqt it-traduzzjoni, l-influwenza tat-traduttur fuq ix-xogħol oriġinali u l-kollaborazzjoni li seħħet waqt dan il-vjaġġ.

    Clare Vassallo hija professur tal-Istudji Semjotiċi u t-Traduzzjoni fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta. Tagħti korsijiet f’livell postgradwatorju fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Istorja tat-Traduzzjoni u t-Teorija Kontemporanja; il-Prammatika, is-Semantika u s-Semjotika, kif ukoll it-Traduzzjoni Letterarja fost oħrajn. Ittraduċiet mill-Malti għall-Ingliż lil Pierre J. Mejlak, Joe Friggieri, Antoinette Borg, Lara Calleja, Walid Nabhan, Norbert Bugeja u lill-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Ippublikat ukoll studji akkademiċi internazzjonalment.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Trevor Żahra, ‘Vespri’ (Merlin Publishers, 2015)

    Clare Vassallo (trad.), ‘Vespers’ (Merlin Publishers, 2021)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    In her first podcast, Rachel Baldacchino discusses with Clare Vasallo Vespers (Merlin Publishers, 2021), the English translated version of Trevor Żahra’s Vespri, the journey all stories went through while translating, the influence of the translator on the original work, and how translation is a fruit of collaboration between the author and the translator.

    Clare Vassallo is Full Professor of Semiotics and Translation Studies in the Department of Translation Studies at the University of Malta.  She teaches postgraduate courses in the Department of Translation Studies in Translation History and Contemporary Theory; Pragmatics, Semantics and Semiotics; and Literary Translation, among others.She has translated Pierre J. Mejlak, Trevor Żahra, Joe Friggieri, Antoinette Borg, Lara Calleja, Walid Nabhan, Norbert Bugeja and the national poet, Dun Karm Psaila from Maltese to English. She has also published academic papers internationally.

    Books discussed in this episode:

    Trevor Żahra, ‘Vespri’ (Merlin Publishers, 2015)

    Clare Vassallo (transl.), ‘Vespers’ (Merlin Publishers, 2021)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • F'dan l-episodju speċjali Luke Galea jidħol f’diskursata mal-Poeta Lawreata Nadia Mifsud fuq Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022) ta’ Claudia Gauci, ix-xbihat li tevoka din il-ġabra, id-djalogu li jinħoloq mal-qarrejja permezz ta’ kull titlu mistoqsija, u l-mod kif Gauci ppreżentat lill-mara.

    Mifsud ippubblikat tliet ġabriet tal-poeżija, rumanz, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017), u ġabra ta' novelli, Żifna f'xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), li kollha jiffukaw fuq is-suġġett li tittratta b’mod rikurrenti, l-esperjenza tal-mara, espressa b’mod elokwenti imma istintiv u onest. Iż-żewġ ġabriet ta’ poeżija tagħha Kantuniera ’l Bogħod (Skarta, 2015) u Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u għalhekk fl-2022 Mifsud ingħatat it-titlu ta’ Poeta Lawreata.

    Kotba diskussi f’dan l-episodju:

    Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022)

    Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2022)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    In this special episode, Luke Galea dialogues with the Poet Laureate Nadia Mifsud on Claudia Gauci’s Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022), the imagery this poetry collection evokes, the dialogues it provokes with the reader through all its titles presented as a question, and the way Gauci presents the woman.

    Mifsud has published three poetry collections, a novel, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa , Merlin Publishers, 2017), and a book of short stories, Żifna f'xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), all of which bear out her recurring focus on the experience of womanhood, expressed in eloquent, but visceral, honesty. Her two poetry collections Kantuniera ’l Bogħod(Skarta, 2015) and Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2021) were awarded the National Book Prize leading her to the title of Poet Laureate.

    Books discussed in this episode:

    Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022)

    Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (Ede Books, 2022)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • John A. Bonello jiddiskuti ma’ Luke Galea r-rumanz It-Tawmaturgu ta’ Mark A. Fenech, li jkun il-punt tat-tluq għal diskussjoni fuq ġeneri ta’ letteratura differenti bħal dawk sci-fi u ta’ fantasija, li huma skarsi fil-letteratura Maltija imma li xi awturi xorta jimirħu fihom, u li jwasslu għal ħolqien ta’ neoloġiżmi.

    John A. Bonello huwa rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sitt darbiet. Huwa kittieb minn Ħad-Dingli li jikteb fantasija, fantaxjenza u stejjer investigattivi għal qarrejja tfal, żgħażagħ u kbar. Fost l-aktar kotba popolari tiegħu hemm is-serje investigattiva għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwali, it-triloġija YA bl-isem Il-Logħba tal-Allat u d-duoloġija għall-adulti Unus Mundus. Ta' spiss iżur skejjel biex jiltaqa' ma' studenti u jkellimhom dwar il-kitba kreattiva.

    Kotba dikussi f’dan l-episodju:

    Mark A. Fenech, It-Tawmaturgu (Horizons, 2017)

    John A. Bonello, Is-serje ta’ Irvin Vella (Merlin Publishers, 2008 - )

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    John A. Bonello discusses with Luke Galea Mark A. Fenech’s novel It-Tawmaturgu, which leads to a discussion on different genres of literature such as of fantasy and sci-fi, which are rare in Maltese literature, that however Maltese authors still venture into, leading them to create neologisms.

    John A. Bonello won the National Book Prize six times. He is a writer from Ħad-Dingli who writes fanstasy, science fiction and investigative sotries for children, youths and adult readers. Among his most popular boks are the investigate series for children of Irvin Vella, the YA trilogy Il-Logħba tal-Allat and the duology for adults Unus Mundus. He visits schools frequently to meet students and talks to them on creative writing.

    Books discussed in this episode:

    Mark A. Fenech, It-Tawmaturgu (Horizons, 2017)

    John A. Bonello, Is-serje ta’ Irvin Vella (Merlin Publishers, 2008 - )

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • This podcast is a dialogue between Clare Azzopardi and Luke Galea on Nadia Mifsud’s collection of short stories żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), the different experience it allows to the reader from other collections, and the opportunity it delivers to look at life from different perspectives.

    Clare Azzopardi wrote and translated various books for children, teenagers and adults. Among the most popular are Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz and Jake Cassar’s series. Many of her novels were published in foreign journals and her collection of short stories Kulħadd ħalla isem warajh was published in Croatia, Hungary, Egypt and Slovenia. Her novel Castillo was published in Arabic and Italian. Its English translation titled The Lives and Deaths of K.Penza will be launched at the Malta Book Festival. This novel has also been adapted for theatre and television by Take Two.

    Books discussed in this episode:

    Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021)

    Clare Azzopardi, Castillo (Merlin Publishers, 2018)

    Music Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Leanne Ellul discusses with Luke Galea on her chosen poetry anthology, Glen Calleja’s eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002), the influence it left on her, her respect towards Calleja’s as a wordsmith, and how the sound of every poem becomes its essence.

    Leanne Ellul writes poetry and prose, and has published works for both adults and children. She was named Best Emerging Author in the 2016 National Book Prize, and her works for children have garnered various Terramaxka awards. L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, her first poetry collection, was published in 2020. Her latest published work is Bjuda, the fruit of an interdisciplinary project centered around the colour white. Ellul lectures in Maltese language and literature and is active in Inizjamed and HELA Foundation, two NGOs that have Maltese language and culture at their core.

    Books discussed in this episode:

    Glen Calleja, eki t’eki (Pubblikaturi AWL, 2002)

    Leanne Ellul, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla (Merlin Publishers, 2021)

    Music Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Audrey Friggieri tiddiskuti ma’ Luke Galea l-poeżija u poesaġġi ta’ Mario Azzopardi fil-ġabra tiegħu Il-Fabbrikant tal-Marjunetti. Flimkien jaqsmu ħsibijiet fuq kif il-qari mill-ġdid ta’ Azzopardi dejjem joffri xi ħaġa ġdida, u kif Azzopardi jiffoka fuq il-kundizzjoni tal-bniedem u jipprova jsib tifsira tal-umanità.

    Audrey Friggieri trabbiet Ħal Luqa, ħdejn wied sabiħ li llum għeb, fejn attendiet l-iskola primarja tal-gvern. Fl-2013, ġie ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha għat-tfal li kien ukoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Iggradwat bħala għalliema, u llum waslet biex ittemm ir-riċerka tad-dottorat tagħha dwar iż-żgħazagħ f’Malta u l-edukazzjoni. Fl-2022, ippublikat Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin flimkien ma’ Clarissa Sammut Scerri, u Ana u Zak isalvaw il-pjaneta, żewġ kotba b’illustrazzjonijiet għat-tfal.

    Kotba dikussi f’dan l-episodju:

    Mario Azzopardi, Il-Fabbrikant tal-Marjunetti (Horizons, 2012)

    Audrey Friggieri, Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin; Ana u Zak isalvaw il-pjaneta (Merlin Publishers, 2022)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Audrey Friggieri discusses the different forms of poetry in Mario Azzopardi’s anthology, Il-Fabbrikant tal-Marjunetti (Horizons, 2012). Luke and Audrey share thoughts on how rereading Azzopardi’s work always offers something new, and how Azzopardi focuses on the human condition and the search for meaning within it.

    Audrey Friggieri was brought up in Luqa, next to a beautiful valley that is no longer. She published her first children’s book in 2013, which was shortlisted for the National Book Prize. She graduated as a teacher, and is finalizing her doctorate research on Maltese youth and education. In 2022, she authored Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin together with Clarissa Sammut Scerri, and Ana u Zak isalvaw il-pjaneta, two illustrated books for children published by Merlin Publishers.

    Books discussed in this episode:

    Mario Azzopardi, Il-Fabbrikant tal-Marjunetti (Horizons, 2012)

    Audrey Friggieri, Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin; Ana u Zak isalvaw il-pjaneta (Merlin Publishers, 2022)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Luke Galea jitkellem ma’ Francesco Grech dwar l-istejjer umani f’Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020), il-ġabra ta’ novelli b’kuxjenza ambjentali ta’ Lara Calleja, u dwar l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022).

    Francesco Grech huwa l-awtur ta’ Kollox Jeħel Magħna, ġabra ta’ kitbiet intimi li jesploraw suġġetti diffiċli u spiss meqjusa tabù fosthom is-sesswalità u d-diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Grech huwa wkoll kompożitur b’xogħlijiet li ttellgħu madwar diversi teatri f’Għawdex, Malta u l-Italja, u Uffiċjal tal-Kultura fi ħdan Reġjun Għawdex.

    Kotba dikussi f’dan l-episodju:

    Lara Calleja, Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020)

    Francesco Grech, Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    EN

    Luke Galea speaks to Francesco Grech about the human stories in Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020), Lara Calleja's eco-conscious short story collection, and about his debut publication of poetic writings Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022).

    Francesco Grech is the author of Kollox Jeħel Magħna, a collection of intimate writings that explore difficult or taboo subjects including sexuality and mental health struggles. Grech is also a composer of works that have been performed around various theaters in Gozo, Malta and Italy, and a Cultural Manager within Reġjun Għawdex.

    Books discussed in this episode:

    Lara Calleja, Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020)

    Francesco Grech, Kollox Jeħel Magħna (Merlin Publishers, 2022)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Rita Saliba's poetry from her first collection Minn wara l-Ħġieġ  (Klabb Kotba Maltin, 2022) are discussed in depth in this exchange between Luke Galea and the visual artist and writer Matthew Schembri, in which they reflect, among other things, on the appreciation and threats to our surroundings.

    Matthew Schembri earned a Master of Fine Arts (MFA) in Digital Arts in 2017 and a Diploma in Maltese Literature in 2020. In 2016 he was invited as an artist-resident at the Virginia Centre for the Creative Arts (VCCA). In addition to Malta, some of his artworks were showcased in the Netherlands, Germany, Austria and the United States. His debut novel, Stessi, won the Literary Contest of Novels for Youth and was published in 2018. In 2021 he published Ħassartek, an exercise in erasure poetry based on his first novel.

    Books discussed in this episode:

    Rita Saliba, Minn wara l-Ħġieġ (Klabb Kotba Maltin, 2022)

    Matthew Schembri, Ħassartek (2021)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • The actress and writer Simone Spiteri spoke to Luke Galea about the use of language and the search for roots in Alex Vella Gera's now decade old novel Is-Sriep Reġgħu saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012), and how about her own work as a playwright.

    Simone Spiteri is the Artistic Director of the theater company Dù Theater, which was founded in 2004, and twice awarded the Premju Francis Ebejer in 2009 and 2011. Her original work has been staged in several countries including Egypt, the US, England, Macedonia, Denmark and Spain. Her plays have been published in Żewġ Drammi: Repubblika Immakulata/Appuntamenti (2019) and she is also the author of the YA series of novels Il-Vinkulari, published by Merlin Publishers.

    Books discussed in this episode:

    Alex Vella Gera, Is-Sriep Reġgħu saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012)

    Simone Spiteri, Żewġ Drammi: Repubblika Immakulata/Appuntamenti (2019)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Luke Galea speaks to the artist, writer and bookbinder Glen Calleja about the relation between diction, universal imagery and stylistic consistency in Caldon Mercieca’s poetry collection Mogħlint, and also about Calleja’s own reflections on the book as a material object.

    Glen Calleja is an artist primarily interested in poetry and the book as object - his artistic work often involves alternative book structures, found content and performative elements. His poetry books include eki t’eki (pubblikazzjoni awl, 2002), IR-RAĠEL (2010, 2012) and kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum(2014). Glen is co-founder of Studio Solipsis, home to Calleja’s bookbinding endeavor, Kotba Calleja.

    Books discussed in this episode:

    Caldon Mercieca, Mogħlint (pubblikazzjoni awl, 2002)

    Nadia Mifsud, Varjazzjonijiet tas-Skiet (EDE Books, 2021)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTube or listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.

  • Fl-ewwel episodju ta’ din is-serje ġdida, Luke Galea jitkellem mal-poeta Claudia Gauci dwar il-memorja, in-nostalġija, u l-vulnerabbiltà tal-awtur fil-ktieb ta’ Immanuel Mifsud Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010), u fil-ġabra ta’ poeżiji tagħha Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021).

    Claudia Gauci tgħallem il-Malti fil-Junior College u hija wkoll traduttriċi. Fl-2022 ippubblikat it-tieni ġabra ta' poeżiji tagħha, Max-Xatt tat-Tamarisk, (Kotba Calleja). Ittraduċiet diversi kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, fosthom, Magni taż-Żmien (2018) li kien rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019. Hija membru attiva tal-organizzazzjoni Inizjamed.

    Kotba dikussi f’dan l-episodju:

    Immanuel Mifsud, Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010)

    Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021)

    Mużika:

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

    Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

    English description:

    In our first episode of this new series Luke Galea speaks to the poet Claudia Gauci about the memory, nostalgia and the vulnerability of the author in Immanuel Mifsud's memoir Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010) and in her poetry collection Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2021).

    Claudia Gauci teaches Maltese at the Junior College and is also a translator. In 2022 she published her second poetry collection, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja). She has translated several children's books into Maltese for Merlin Publishers, including 2019 National Book Prize winner Magni taż-Żmien (2018). Claudia is an active member of Inizjamed.

    Books discussed in this episode:

    Immanuel Mifsud, Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010)

    Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk(Kotba Calleja, 2021)

    Music

    Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’

    https://michaelazzopardi.xyz/

    Markapaġna is produced by the National Book Council and aired in collaboration with MaltaToday.

    Follow us on Facebook, YouTubeor listen on Spotify and Apple Podcasts. For more information visit ​​https://ktieb.org.mt/.